Sport Waterpolo

L-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat tax-Xitwa għal Marsaskala … jirbħu d-decider kontra Valletta

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Rapport: Stewart Said

VALLETTA IZIBET……………………… 5

MARSASKALA FISH AND FISH…… 6

(0-1), (2-3), (2-1), (1-1)

Marsaskala Fish and Fish irnexxielhom jagħmlu dak li għal uħud deher diffiċli. Għelbu lil Valletta Izibet għat-tieni darba fi spazju ta’ erbat ijiem u rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara li s-Sibt kienu sfurzaw decider. Valletta li kellhom lil Sebastian Busuttil qed jirritorna wara esperjenza barra l-pajjiż, kellhom prestazzjoni aħjar mis-Sibt li għadda iżda qatt ma kienu fil-vantaġġ, fattur li kien importanti biex ħarġu fuq in-naħa telliefa.

Jake Ciantar poġġa lil Marsaskala fil-vantaġġ minn penalty bl-uniku gowl lejn nofs l-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ ta’ Marsaskala kiber għal 4-1 fit-tieni sessjoni sakemm Daniel Paolella naqqas id-distakk b’gowl fl-aħħar azzjoni tas-sessjoni.

Dan il-gowl donnu ta nifs ġdid lill-Beltin li fl-ewwel parti tat-tielet sessjoni rnexxielhom iġibu d-draw b’gowls ta’ Zachary Micallef u Michele Mifsud. Madankollu l-veteran David Pace Lupi ħalla lil Marsaskala gowl minn fuq b’gowl ftit wara minn man-up.

It-tim ta’ Arpad Babay irdoppja l-vantaġġ fil-bidu tal-aħħar sessjoni u għalkemm Sebastian Busuttil naqqas id-distakk minn man-up, Valletta ma rnexxielhomx isibu l-gowl li tal-anqas ikompli l-logħba fil-ħin barrani. Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Marsaskala Jean Claude Cutajar ġie ppreżentat bit-trofew minn Charles Azzopardi f’isem il-Bank of Valletta.

Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia, M. Pace, L. Hyzler, Z. Micallef (1), T. Said, D. Paolella (1), M. Mifsud (1), S. Micallef, A. Agius, J. Culic, O. Zammit, A. Bugeja, L. Felice, S. Busuttil (2), L. Falzon, C. Mercieca

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli (1), P. Privitera (1), R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (1), G. Sammut (1), J. Ciantar (2), M. Carani, A. Muscat

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri