Futbol Sport

Liverpool lura għar-rebħ

Mit-telf ta’ punti kontra Tottenham fl-aħħar partita, f’Villa Park , Liverpool ma setgħux jaffordjaw li jitilfu aktar punti u għelbu lil Aston Villa 2-1, sabiex bl-attenzjoni fuq il-partita ta’ llum bejn Wolves u Manchester City, b’partita aktar laħqu lil istess Manchester City fl-ewwel post b’86 punt.

Wara biss 4 minuti minn cross ta’ Lucas Digne kien DOUGLAS LUIZ li għeleb lil Alisson Becker. Reazzjoni immedjata minn Liverpool li żewġ minuti wara kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ JOEL MATIP li għeleb lil Emiliano Martinez. Minn ftuħ b’żewġ gowls f’żewġ minuti, minkejja li Liverpool kellhom aktar pussess, b’xi mod Aston Villa sa tmiem l-ewwel taqsima żammew l-iskor 1 – 1. Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Liverpool li fil-65 minuta marru fil-vantaġġ. Cross ta’ Luis Diaz lejn SADIO MANE’ li bir-ras għeleb lil Martinez. Gowl li kien biżżejjed għal Liverpool f’partita li minnha riedu bilfors it-tlett punti biex jibqgħu biċ-ċans remot għar-rebħ tal-Kampjonat.