Lokali Parlament

Malta tnaqqas il-livelli tal-kwalità tal-ħajja u tal-ambjent

Graham Bencini, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal li fl-aħħar snin Malta naqqset il-livelli fil-kwalità tal-ħajja u tal-ambjent.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal li fil-kwalità tal-ħajja u fl-ambjent Malta naqset fl-aħħar snin; Malta niżlet mis-sitt post għall-54 post.

Hu qal li l-ambjent jeffettwa bil-qawwi l-kwalità tal-ħajja u kompla li fl-aħħar snin kien hawn sfreġju ambjentali, problemi fis-saħħa minħabba l-obeżità fejn iridu jsiru kampanja ta’ edukazzjoni u inċentiv biex il-poplu jiekol ikel ta’ benefiċċju għalih.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-faqar hu element li qed jeffettwa faxxa kbira ta’ neis fil-pajjiż fejn 17% tal-populazzjoni tinsab f’riskju ta’ faqar. L-istudju tal-Caritas ikkonferma li l-prezz ta’ xirja għal prodotti varji ta’ reba’ persuni qabel l-invaċjoni Russa fl-Ukrajina żdiedet b’€100.

Element kruċjali hu l-governanza li qed jeffettwa l-kwalità tal-ħajja. Dan jinkludi nuqqas ta’ aċċess għall-informazzjoni u l-kollass tal-istuzzjonijiet, sostna Graham Bencini, li appella għal ħidma ġenwina fl-interess tal-poplu kollu.