“Wasal iż-żmien li jieqfu l-privileġġi għas-sinjuruni Russi. Malta għandha twaqqaf il-bejgħ tal-passaporti”.
Hekk stqarr il-President tal-Ukrajna meta aktar kmieni illum indirizza l-Parlament Malti permezz ta’ video link.
“Tħalluwx lir-Russi jabbużaw mill-art tagħkom”, qal Zelensky.
Fil-bidu tad-diskors tiegħu, Zelensky ċanfar ukoll lill-Ispeaker Anglu Farrugia meta qallu li qan mhux konflitt imma gwerra – din hi gwerra li qed tħalli ħafna vittmi, stqarr il-President Ukren.
//= $special ?>