Futbol Sport

Mill-2024 se jinbidel il-format tal-UEFA Champions League

Mill-2024 se jkun qed jinbidel il-format tal-UEFA Champions League, fejn fost l-oħrajn se tkun qed tikber minn 32 tim għal 36 tim. Taħt il-format il-ġdid, kull tim se jkun qed jilgħab tmien partiti fi żmien 10 matchweeks.

Iż-żewġ timijiet ġodda minn erbgħa li se jkunu qed jidħlu fic-Champions League se jkun qed jintgħażlu abbażi ta’ kif il-klabbs mill-pajjiż rispettiv ikunu marru fl-istaġun ta’ qabel. It-tielet post se jkun qed imur għall-ħames pajjiż skond ir-rankings tal-UEFA filwaqt li r-raba’ post se jkun qed imur għal wieħed mit-timijiet li jirbħu l-kampjonat domestiku hekk kif it-timijiet li jikkwalifikaw permezz tac-‘Champions Path’ se jkunu qed jiżdiedu minn erbgħa għal ħamsa.

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-ħolma għall-kull tim li jipparteċipa fil-UEFA Champions League għadha possibli.