Il-Prim Ministru Robert Abela ddefenda l-pożizzjoni tal-Gvern Laburista quddiem l-appell tal-President Ukren Zelensky biex ir-Russi ma jitħallewx jabbuża minn Malta bix-xiri tal-passaporti billi qal li din l-iskema kienet sospiża.
Fis-seduta indirizzata mill-President Zelensy, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-poplu Malti jappoġġa lill-poplu Ukren u kompla li Malta qed titkellem fejn meħtieġ favur il-poplu Ukren. Malta tibqa’ titkellem favur il-paċi u tinsab preokkupata bil-poblema umanitarja.
Robert Abela kompla li Malta tibqa’ tappoġġja lill-komunità Ukrena f’Malta u sostna li l-Gvern li t-tbatija tal-poplu Ukren qed tkun kunsidrata fil-fora internazzjonali. Hu qal li Malta ffriżat l-applikazzjonijiet mir-Russi għall-passaporti u ċ-ċittadinanza.
L-uniku soluzzjoni hi li r-Russi jirtiraw mill-Ukrajina u jibdew diskussjonijiet immedjati, sostna l-Prim Ministru, li kompla li Malta tappoġġja lill-poplu Ukren.
//= $special ?>