Rita Ellul li fis-26 ta’ Frar li għadda nqatlet f’appartament f’Għajnsielem, Għawdex riedet twaqqaf ir-relazzjoni li kellha ma’ Lawrence Abina għax taf li kellu nisa oħra, fosthom prostituti, madankollu xorta waħda kienet baqgħet tħobbu, minkejja wkoll li ma kienx jitrattaha sew. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ uffiċjal tal-Pulizija li ġabar data mill-mobiles tagħha u tas-sieħeb tagħha Lawrence Abina.
Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fil-Qorti ta’ kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Lawrence Abina ta’ 30 sena, r-raġel mill-Għana li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu Rita Ellul ta’ 49 sena. Hija nstabet mejta f’ appartament fi Triq Dun Frangisk Mizzi. Abina, li ammetta waqt l-interogazzjoni li wettaq il-qtil, fil-Qorti qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Ix-xhud ewlieni fil-kumpilazzjoni li qed tinstema’ fil-Qorti ta’ Għawdex kien is-Surġent Christian Xuereb li qal li wara li Abina ġie arrestat, l-Pulizij kellmu numru ta’presuna li huma ġara tal-akkużat. Meta dawn kienu mistoqsija jekk semgħux xi storbju, ħsejjes jew ġlied fis-26 ta’ Frar, 2022, ilkoll qalu li ma semgħu xejn partikolari.
Min kien hemm il-ġurnata kollha ma sema xejn. Kien hemm uħud minnhom li raw lil Rita Ellul fil-flat,u nnotatwli ħafna nies kienu preżenti u kienu hemm il-ġurnata kollha u ma semgħu xejn.
Ħareġ li ħabib ta’ Abina, kien daħal iħabbat fuq il-bieb ta’ barra u l-akkużat qallu li t-tfajla tiegħu kienet mietet is-Sibt u li hu raqad fl-appartament sa nhar it-Tnejn ta’ wara meta arrestawh il-Pulizija. Minn dak li sema’ s-Surġent fuq sieħeb l-akkużat, Abiba kien iddispjaċut ħafna u beka ħafna.
Ħareġ ukoll li Rita Ellul riedet tmur is-saloon f’xi ħin is-Sibt, u li meta Abina mar lura mix-xogħol, sabha ma tiċċaqlaqx. Sieħeb Abina, kien ilu tliet snin jaf lill-vitmma. Fuq mistoqsijiet oħra li saru lil ġirien, ħareġ li Abina kien qed jissellef flus mingħand xi ħbieb u li huwa kellu aktar nisa f ħajtu u kien jiġġieled ħafna magħha minħabba din ir-raġuni.
Sid l-appartament ta’ fejn kienu joqgħodu qalet lill-Pulizija, “bżajt li kien se joqtolha u għalhekk tlabthom biex joħorġu milll-propjetà tiegħi, u li darba semgħathom jiġġieldu sew u jgħidilha li kien se jfarkilha rasha.
Skond din il-persuna, Rita kienet fdat fiha li Lawrence jitlef il-kontroll malajr meta jixrob il-birra. Abina kien jgħir ħafna għaliha tar-relazzjoni tiegħu, minkejja li kien jiġri ma’ ħafna prostituti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Is-Surġent Xuereb qal li d-data tal-mowbajl tal-mobile kienet ġiet estratta, u kien hemm diversi messaġġi bejn il-koppja. Ħareġ li din kienet relazzjoni ‘on and off’. Rita spiss qalet lil Lawrence li qed tbati ħafna mir-relazzjoni tagħhom, u li huwa giddieb u ma jħobbhiex, ma jappoġġjahiex f’mumenti diffiċli, u ma japprezzaha xejn tagħha.
“Dak kollu li jgħodd għalik huwa s-sess” kienet qaltlu fuq il-mobile, u hu weġibha a lura li s-sess huwa parti mir-relazzjoni, u li dan kollu jfisser li jħobbu lil xulxin. Rita qaltlu kemm-il darba, “ ejja niltaqgħu ċ-Ċirkewwa biex niskambjaw l-affarijiet u niefqu.
Minn aktar estrazzjonijiet tal-mobile ħareġ li fl-24 ta’ Awwissu, li għadda irriżulta mill-mobile ta’ Rita Ellul, li Lawrence kien iddikjara li r-relazzjoni tagħhom spiċċat għax hi kellha relazzjoni ma’ xi ħadd ieħor u heddidha li se jiġrilha xi ħaġa ħażina.
Kien ukoll irrabja wkoll għax ma ċemplitlurx lura. Rita, darba minnhom qaltlu “inti persuna li ma tismax” u awdio recording fis-7 ta’ Mejju 2011, ammettiet li kienet taf bil-ġrajjiet tas-sieħeb tagħha ma’ nisa oħra, iżda qaltlu wkoll li kienet qed taħfirlu għax tħobbu.
L-Avukat Joseph Grech qed jidher għal Abina. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mil-avukati Anthony Vella u Nathanial Falzon mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali u l-iIpetturi Kurt Zahra, Josef Gauci u Wayne Camilleri. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb qdd jidhru bħala parte civile f’isem il-familja tal-vittma.
//= $special ?>