Lokali

Sħabu mnikkta…Xlukkajri f’luttu wara l-mewt ta’ Joseph Ellul

Kienet traġedja li ħalliet lill-ħaddiema tal-Wasteserv bla kliem. Dik li kellha tkun għalihom ġurnata ta’ xogħol normali, spiċċat inbidlet f’xokk enormi wara l-mewt ta’ wieħed mill-kollegi tagħhom – Joseph Ellul.

Ħafna minn sħabu kienu jafuh bħala “Ix-Xlukkajr”, propju għall-fatt li Ellul kien joqgħod Marsaxlokk.

Fil-fatt, l-aħbar tal-mewt tiegħu ġabet luttu kbir anke’ f’din il-lokalità. B’uħud minn sħabu jiddeskrivuh bħala raġel li impossibbli ma tkunx tħobbok; bniedem ta’ qalb tajba u sinċier.

Joseph Ellul tilef ħajtu fil-bini tal-inċineratur tal-Marsa ftit tal-jiem biss qabel iċċelebra għeluq sninu.

Il-każ tal-mewt tiegħu għadu qed jiġi investigat mill-Pulizija, filwaqt li għaddejja inkjesta Maġisterjali.