Lokali Qorti

Sirjan iwieġeb mhux ħati li qatel Sirjan ieħor f’Marsalforn is-Sibt filgħaxija

Żagħażugħ Sirjan wieġeb mhux ħati li s-Sibt filgħaxija qatel żagħaugħ ieħor minn pajjiżu f’Marsalforn, Għawdex. Maher Aljasem ta’ 24 sena residenti Marsalforn ċaħad li qatel lil Fawaz Najem (ritratt) ta’ 25 sena waqt ġlieda bejn żewġ gruppi ta’ Sirjani f’appartament.

Quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana, Aljasem ċaħad ukoll li kellu arma waqt ir-reat u li kiser il-paċi. Barra minn hekk kien akkużat li weġġa’ ħafif lil Kazem Abdalaa b’sikkina. Ma kien hemm l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest għall-akkużat, li jaħdem fil-kisi u ta’ kaħħal.

Huwa nżamm taħt arrest preventiv. Liebes ġakketta “bullet proof”, Aljasem ġie skortat il-qorti minn diversi uffiċjali tal-pulizija mill-Ispecial Intervention Unit. Numru ta’ Sirjani nġabru barra l-Qorti ta’ Għawdex qabel mal-akkużat tressaq il-Qorti, bil-pulizija jagħlqu l-aċċess fid-daħla ta’ fejn jinsab l-Qorti. Il-Pulizija iċċekkjat karozzi li kienu qed jitilgħu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel fiċ-Ċirkewwa sigħat ta’ qabel il-proċess.

Kollox jindika li l-ġlied kien beda gruppi Sirjani knien beda kmieniu filgħaxija u kien għall-ħabta bejn it-8pm u l-10pm tas-Sibt, meta ż-żewġ gruppi reġgħu ltaqgħu u nqalgħet ġlieda oħra,din id-darba ferm kbira, tant li spiċċat b’Fawaz jilef ħajtu wara li ngħata daqqiet ta’ sikkina.

Huwa ddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’daqqiet ta’ sikkina, u bi ġrieħi f’rasu, u ġie ċċertifikat mejjet ftit wara li wasal. Il-każ qed jiġi investigat mill-Major Crimes Unit tal-pulizija u l-Maġistrat Sultana qed tagħmel inkjesta. L-investigaturi s’issa stabbilixxew li l-ġlieda nqalgħet bejn żewġ gruppi ta’ ċittadini Sirjani. Tmienja b’kollox.

Fawaz u tliet ħbieb fuq naħa u erba’ irġiel oħra fuq in-naħa l-oħra. Il-ħbieb ta’ Fawaz qed jgħidu lill-pulizija li hu kien appella għall-kalma qabel mal-ġellieda tiklfu l-kontroll. Membri ta’ gang minnhom qed isostnu li l-grupp tl-ieħor mar fl-appartament ta’ Marsalforn biex jiġġieled wara li kien ilu jinqala’ l-inkwiet bejniethom għal numru ta’ ġimgħat.

Issa trid tiġi appuntata l-kumpilazzjoni biex jinstemgħu l-provi fi żmien 15-il ġurnata li trid issir ġewwa Għawdex ukoll u dan peress li l-inċident inqala’ fil-gżira tat-tliet għoljiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukati Angele Vella u Anthony Vella mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi tal-pulizija Shawn Pawney u Wayne Camilleri. L-avukat Kevin Mampalao kien l-avukat tal-għajnuna legali f’isem l-akkużar, filwaqt li l-avukat Matthew Xuereb deher bħala parte civile għan-nom tal-vittma.