Lokali Qorti

Tinqabad bi 15-il kilo cannabis fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta

Mara ta’ 28 sena mill-Arġentina inżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca mixlija li mportat f’Malta għal skop ta’ traffikar 15-il kilo cannabis. Hija nqabdet fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-uffiċċjali tad-dwana fejn l-allegata droga kienet imgeżwra fil-bagalja mal-ħwejjeġ. Dan wara li kienet qed taġixxi b’mod suspettuż.

Melisa Daiana Oyola ġiet mixlija li waslet Malta minn Spanja t-Tnejn wara nofs inhar u hekk kif l-uffiċjali tad-dwana sabu d-droga fil-bagalja huwa nfurmaw mill-ewwel lill-Pulizija tad-drug squad li marru l-ajruport u arrestaw lil mara. Hija ġie mixlija b’assoċjazzjoni u mportazzjoni tad-droga, u li d-droga nstabet f’ċirksotanzi li juri li ma kinitx għal użu tagħha.

Għal Oyola deher l-Avukat Matthew Xuereb li f’dan l-istadju ma talabx għall-pleġġ filwaqt li l-Ispettur Justine Grech mexxiet il-Prosekuzzjoni.