Lokali

DJ Malti se jdoqq f’World Club Dome Festival fil-Ġermanja

Hu se jkun qed idoqq flimkien ma' numru ta' artisti oħra, fosthom David Guetta, Boris Brejcha, Solomun, Claptone, James Hype u DJ Snake

Id-DJ Malti magħruf bħala Miggy se jkun qed idoqq f’World Club Dome Festival fil-Ġermanja, wieħed mill-akbar festivals popolari fid-dinja.

Id-DJ, li għad għandu biss 20 sena, ilu s-snin idoqq f’clubs rinomati f’pajjiżna, biex issa għandu l-opportunità li jipparteċipa f’dan il-festival li jsir fi Frankfurt bejn it-3 u l-5 ta’ Ġunju.