It-tim Malti tal-Bowling ipparteċipa fl-24 edizzjoni tal-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling f’Ateni, fil-Greċja. Tim Malta kien magħmul minn 4 atleti; Mauro Anastasi, Rankin Luke Camilleri, Cynthia Frendo Duca, u Melissa Swift, li kienu akkumpanjati mill-kowċ nazzjonali Rick Vogelesang u l-President tal-Malta Bowling Association (MBA) Edward Mifsud.
L-iskwadra Maltija rnexxielha tirbaħ erba’ midalji fis-seba’ kategoriji, tnejn tal-fidda u tnejn tal-bronż. Mauro Anastasi u Rankin Luke rebħu l-midalja tal-bronż fil-Men’s Doubles filwaqt li Melissa Swift u Cynthia Duca rebħu midalja tal-fidda. Melissa Swift rebħet midalja oħra tal-fidda fil-kategorija tal-All Events fejn kisbet midalja oħra tal-bronż fil-kategorija tal-MBC Master’s.
Wara din l-edizzjoni tal-MBC, Malta żammet postha bħala l-aktar pajjiż li għamel suċċess fl-istorja tal-kompetizzjoni. Fl-istorja tagħha, Tim Malta rebħet total ta’ 116 midalji, fejn rebħu 41 midalja tal-deheb.
//= $special ?>