Għall-ħabta tas-6pm tal-Erbgħa, f’żona tal-Verdala, ħaddiem Tork waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni m’għola 18-il metru f’ħofra fonda.
Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn sabu ħaddiem ta’ 47 sena f’ħofra pjuttost dejqa.
Minnufih issejħet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn wara ħidma ma taqta’ xejn, il-ħaddiem ittella’ mill-ħofra. Fortunatament, il-ħaddiem kien konxju tul l-operazzjoni kollha.
Fuq il-post kien hemm tim mediku li wara li tawh l-ewwel għajnuna, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard irriżulta li sofra ġrieħi gravi.
