Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ċeda bih sellum u waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fi Triq Adeodato Gatt, Ħaż-Żebbuġ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti Ħad-Dingli, sofra xi ġrieħi wara li ċeda bih sellum.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>