Futbol Sport

Il-FIFA tinvestiga allegazzjoni li l-Ekwador lagħbu player Kolombjan

Il-FIFA se tiftaħ invetstigazzjoni fil-konfront tal-Ekwador wara allegazzjonijiet li lagħbu player Kolombjan fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Iċ-Ċile ressqu ilment uffiċjali mal-FIFA dwar il-player Byron Castillo, bl-allegazzjoni li huwa Kolombjan u li m’għandux 23 sena.

Il-Federazzjoni tal-Futbol taċ-Ċile qalu li l-player iffalsifika ċ-ċertifikat tat-twelid u n-nazzjonalita’ tiegħu. F’każ li l-FIFA issib lill-Ekwador ħatja, dawn jistgħu jitilfu posthom fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar. L-Ekwador spiċċaw fir-raba’ post u għaddew għall-edizzjoni finali qabel il-Peru, li jridu jilagħbu kontra l-Awstralja jew l-UAE fil-playoff f’Ġunju.

Castillo lagħab 8 partiti mit-18-il partita li kellhom l-Ekwador, fejn kisbu total ta’ 14-il punt minn massimu ta’ 26 punt. Madanakollu, iċ-Ċile qed jisħqu li huma jaqbżu lill-Kolombja u lill-Peru fir-raba’ post.