Lokali Qorti

Dalgħodu l-funeral tal-eks Imħallef Patrick Vella fil-knisja tan-Naxxar

Fid-disa’ nesqiin kwart ta’ dalgħodu (l-Erbgħa) se jsir il-funeral tal-l-eks Imħallef Patrick Vella li miet fl-età ta’ 78 sena. Vella, li miet fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu wara marda qasira kien sar imħallef fl-1998. Huwa kien serva bħala maġistrat għal 12-il sena qabel ma ġie promoss għal Imħallef.

Vella kien oriġinarjament sar avukat fl-1967. Huwa kien tressaq il-Qorti fl-2002 flimkien mal-eks Prim Imħallef Noel Arrigo, it-tnejn akkużati li aċċettaw tixħim, kixfu sigrieti uffiċjali u nnegozjaw fl-influwenza, b’rabta ma’ kawża fil-qorti kontra t-traffikanti tad-droga Mario Camilleri.

Vella kien stqarr li aċċetta tixħim bi tpattija għal Camilleri f’sentenza ta’ ħabs imnaqqsa. L-eks Imħallef Vella kien kuindannat sentenza ta’ ħabs għall-perjodu ta’ sentejn fl-2007. Huwa kien għamel apoloġija pubblika għall-azzjonijiet tiegħu, u qal li jiddispjaċih għall-ħsara kkawżata lis-soċjetà. Vella kien inħeles fl-2008. NET News jibgħat il-kondoljanzi lill-familja u l-ħafna ħbieb li kellu.