Lokali

Il-Gvern jagħżel ieħor tal-qalba bħala konsulent tiegħu

Wara l-azzjonijiet fil-Qorti fil-konfront tal-manager fl-Isptar Monte Carmeli, Joseph Pace… issa l-Gvern għażel lill-eks uffiċjal tal-GWU, Jeremy Camilleri bħala konsulent tal-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne – persuna tal-qalba, u qrib ferm tal-Labour.

Dan sar mingħajr ebda diskussjoni mal-MUMN b’riżultat li l-Union mhux se jkollha ghazla ohra ghajr li ma tiddiskutix mas-Segretarju Permanenti u d-Direttur Ġenerali.

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel qalet li Jeremy Camilleri se jkun qed jassisti fejn jidħlu laqgħat delikati u sensittivi… bil-Union tqis din il-pożizzjoni bħala ringrazzjament tax-xogħol li Camilleri għamel fil-kampanja għall-elezzjoni ġenerali favur il-Labour.

L-MUMN qalet li issa, iktar minn qatt qabel, qed jidher biċ-ċar kif pożizzjonijiet ta’ importanza kbira qed jingħataw sempliċiment lil dawk tal-qalba ….minflok lil persuni li verament għandhom l-esperjenza fis-settur. Bil-union tghid li dejjem hadet din il-pozizzjoni, anke taht amministrazzjonijiet differenti.

L-MUMN qed jirrifjutaw li jkollhom laqgħat ma’ Camilleri hekk kif il-pożizzjoni mgħotija lilu ġiet imtappna politikament.

B’reazzjoni għal dan, Camilleri infexx f’teddied hekk kif l-MUMN qalet li t-tweġiba tiegħu kienet li “ħadd ma jista’ jgħidlu x’għandu jagħmel u ma jagħmilx”… filwaqt li qal li lest li jieħu lill-MUMN il-Qorti jekk jaslu li jieħdu azzjonijiet industrijali kontra tieghu.

Minkejja dan, l-MUMN sejħet direttivi fl-isptarijiet kollha sakemm il-Gvern jindirizza numru ta’ kwistjonijiet, fosthom it-tkeċċija ta’ Joseph Pace.