Lokali Parlament

Il-konsumaturi u n-negozji għandhom ikunu protetti quddiem iż-żieda fil-prezzijiet

Rebeccah Cilia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Rebeccah Cilia sostniet li l-konsumaturi u n-negozji għandhom ikunu protetti quddiem iż-żieda fil-prezzijiet.

Fil-parlament Rebeccah Cilia qalet li l-Presdient Ukren Zelensky għandu jispira lil kulħadd fil-mod kif qed jiddefendi lil pajjiżu quddiem l-invażjoni Russa. Kif nistgħu ma nifhmux li din hi gwerra?! Hi qalet li l-poplu Ukren għandu jkun mgħejjun u sostniet li Malta għandha limitazzjonijiet fil-mod kif tista’ tgħid.

Malta għandha tassigura li ma tkunx użata u li l-iskema tal-passaporti tkun riveduta għaliex din ħalliet impatt fuq il-pajjiż. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti qed tolqot lill-Maltin ukoll u għalhekk għandu jkun hemm l-għajnuna neċessarja lil dawn is-setturi effettwati.

Rebeccah Cilia kompliet li għandhom jittieħdu azzjonijiet immedjati biex inkun mħarsa l-konsumaturi u s-etturi ekonomiċi.

Hi tkellmet dwar l-ambjent u qalet li dan għandu jkun priservat b’mod immedjat. L-artijiet tal-Gvern għandhom ikunu użati bl-aħjar mod billi jkun hemm iktar spazji miftuħa. Il-proposta biex tiżdied art ODZ għandha titwettaq.

Id-deputat Nazzjonalista kkrtikat il-proposta ta’ solar farm kbir fl-Imġarr u sostniet li din il-proposta m’għandhiex titwettaq.