Sport Sport Ieħor

Imed Ben Moussa, Ryan Farrugia u Dzintra Grech b’suċċess fl-iXterra Gozo Trails

Xterra Malta ospitat ix-Xterra Gozo Trails, tellieqa tant mistennija fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn laqgħet ‘il fuq minn 350 atleta fuq tliet distanzi – 50km, 21km u ir-rotta ġdida ta’ 11km.

Ir-rotta ta’ 50km iddur madwar il-perimetru ta’ Għawdex, u titla sa 1500m ta’ elevazzjoni. L-atleti għandhom sa’ 10 sigħat, biex jlestu t-tellieqa u dan ippermetta li jieħdu sehem atletli li għadhom jibdew dan l-isport kif ukoll dawk li jixtiequ jgawdu r-rotta. It-trail ta’ 21km kopriet l-aħħar nofs tal-korsa filwaqt li t-tellieqa ta’ 11km bdiet fi tmiem ir-rotta madwar korsa li twassal lura lejn ir-kwartieri tat-tellieqa ġewwa Għajnsielem.

Dzintra Grech kellha tiġrija eċċellenti fil-kategorija femminili, fejn rebħet il-50k ultra f’5 sigħat 25 minuta, 34 sekonda. Tiziana Bonnici (6:12:13) u Catherine Chetcuti (6:17:32) temmew it-tellieqa fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fost l-atleti li ħadu sehem fl-Ultra distanza kien hemm l-atleta pro Franċiż Matthieu Blanchard li rebaħ din id-distanza. Hu temm il-ġirja f’4 sigħat 15-il minuta 37 sekonda, tliet minuti warajh kien Jamie Stephenson, filwaqt li l-Ultra Runner Malti Ryan Farrugia temm il-korsa f’4:21:29, biex b’hekk kien l-ewwel Malti li spiċċa.

It-tellieqa ta’ 11km, li kien dak li kellu l-aktar parteċipanti, ra lil Imed Ben Moussa jispiċċa l-ewwel fi 48 minuta, 27 sekonda. Hu kien segwit minn Kyle Darmanin (49:35) u Dalziel Bugeja (52:52). L-Ambaxxatriċi ta’ Xterra Malta Tara Abdilla (55:06) kienet l-ewwel li spiċċat id-distanza, segwita minn Ana Catarina Gomes (1:00:41) u Colette Micallef (1:06:22)