Futbol Sport

Inter jegħlbu lil Juventus u jirbħu l-Coppa Italia

(Ritratt: EPA)

Sitt gowls, tnejn minnhom minn penalties kienu l-ingredjenti ewlenin ta’ finali storika tal-Coppa Italia. 120 minuta ta’ emozzjoni b’ Ivan Perisic protagonista fil-ħin barrani. Għaddew 7 minuti u fl-ewwel azzjoni Inter fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Marcelo Brozovic, b’xutt minn barra l-kaxxa fuq it-tieni lasta NICOLO’ BARELLA għeleb lil Mattia Perin. Reazzjoni minn Juventus b’Samir Handanovic isalva fuq Dybala fit-22 minuta u immedjatament wara b’save f’corner fuq Dusan Vlahovic.

Juventus fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva u f’temp ta’ żewġ minuti dawwru r-riżultat. Fil-50 minuta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Alex Sandro spiċċa mxellef minn ALVARO MORATA li qarraq għal kollox lil Handanovic. Għaddiet minuta u pass fit-tul ta’ Morata lejn DUSAN VLAHOVIC li qata’ d-difiża u fil-baxx għeleb lil Handanovic għat 2 – 1 . F’reazzjoni immedjata ta’ Inter, kien Perin li salva fuq Darmian. Fit-78 minuta minn azzjoni ta’ Perisic lejn Lautaro Martinez li kien iffawljat minn DeLigt u Bonucci. Paolo Valeri saffar penalty mgħoti u skorjat minn HAKAN CALHANOGLU għat-2-2 . Riżultat li kien biżżejjed biex il-partita tmur għal ħin barrani. Fid-99 minuta. Foul ta’ DeLigt fuq Stefan de Vrij. Valeri kkonsulta l-VAR u saffar penalty. PERISIC għeleb lil Perin biex poġġa lil Inter fil-vantaġġ. Għaddew tlett minuti u listess IVAN PERISIC b’xutt mill-isbaħ għeleb lil Perin għall- 4 – 2 u litteralment għalaq il-partita.

COPPA ITALIA

FINALI : Inter v Juventus 4-2