Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg appella biex jingħata spazju għall-innovazzjoni u ideat ġodda fix-xogħol.
Fil-parlament Alex Borg qal li Malta għandha bżonn li l-ideat jingħataw l-appoġġ u sostna li fil-pajjiż hawn talent li qed iħalli l-pajjiż. Ma jistgħux jibqgħu jingħażlu biss dawk li huma tal-qalba tal-gvern għaliex hemm ħafna li lesti jagħtu kontribut. L-ekonomija m’għandhiex tkun ibbażata biss fuq il-kostruzzjoni għaliex hawn min hu kapaċi joħloq setturi ġodda.
Hu enfażizza l-importanza tal-edukazzjoni u l-innovazzjoni u sostna li anki f’Għawdex hem min hu kapaċi ħafna joħloq l-innovazzjoni fin-negozju biex l-ekonomija tkompli toħloq impjiegi f’Għawdex stess.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ċ-ċittadini għandhom jingħataw kwalità ta’ ħajja aħjar li ma tfissirx biss flus iżda ambjent aħjar. Il-poplu għandu jkollu serħan il-moħħ dwar iż-żoni ta’ kostruzzjoni u biex il-kwalità tal-ħjja tkun tajba biex il-poplu jkollu tama għall-futur.
Is-saħħa f’Għawdex għandha tkun prijorità, sosta Alex Borg, li kompla li s-servizz tas-saħħa f’Għawdex iridu jitjiebu. Hu semma’ kif ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u sostna li l-Oppożizzjoni trid tkompli tiġġieled għad-drittijiet tal-Għawdxin.
Nemmen fil-potenzjal tal-poplu Malti, sosta Alex Borg, li kompla li l-merokrazija għandha tkun pirjorità, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-poplu għandu jingħata stil ta’ politika ġdida.
//= $special ?>