Lokali

Lest tagħmel 22 jum ma tiekolx laħam u prodotti tal-annimali?

Inizzjattiva minn Extinction Rebellion Malta u Animal Liberation Malta biex wieħed isir vegan

Bejn Mejju u Ġunju, il-pubbliku qed ikun imsejjaħ jisfida lilu nnifsu biex għal 22 jum ma jiekolx laħam u prodotti tal-annimali.

Fil-fatt, din l-isfida se tibda permezz ta’ ‘pub quiz’ dwar l-industrija tal-prodotti tal-annimali u kif dawn qed jaffetwaw lill-ambjent ta’ madwarna.

Din l-idea bdiet mill-għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali, Extinction Rebellion Malta u Animal Liberation Maltafejn wieħed se jkollu l-isfida li jiekol biss prodotti magħmulin mill-ħaxix u l-frott.

Dawn l-NGOs qed jappellaw ukoll biex wieħed joqgħod attent u jevita milli juża prodotti tal-iġene u tas-sbuħija li jkunu ttestjaw fuq l-annimali qabel imorru fis-suq.

Dan qed isir biex ma tibqax isseħħ moħqrija fuq l-annimali filwaqt li tonqos il-produzzjoni tal-laħam bl-iskop li jitnaqqas l-effett tal-bidla fil-klima.