Lokali Parlament

Malta għandha tkun protaginist fit-tibdil fil-klima

Eve Borg Bonello, PN

Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet fil-parlament li Malta għandha tkun protaginist fit-tibdil fil-klima.

Hi qalet li d-dnija se tkompli tisħon b’mod qawwi; din hi sitwazzjoni xokkanti. Id-deputat Nazzjonalista qalet li Malta għandu jkollha futur sabiħ u sostniet li t-tbidl fil-klima qed jhedded lid-dinja kollha. Il-parlament irid ikollu l-għodda biex ikun fuq quddiem f’din il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; kwistjoni bla partiġġjaniżmu.

Hi qalet li se tressaq proposti fil-konfrot tat-tibdil tal-klima u sostniet li Malta wkoll se ssofri minn instabbiltà fil-klima. Bħalissa qed isseħħ biss prevenzjoni fejn anki l-Mediterran qed ikun effettwat.

Eve Borg Bonello qalet li Malta għanhda tkun fil-quċċata tal-bidla u għalhekk għandha taġixxi. Fl-UE hemm dibattitu kuljum biex l-emissjonijiet kjonqsu b’55% sas-sena 2030. Jeħtieġ li titwaqqaf kull importazjoni ta’ żejt mir-Russja u l-pajjiż jeħtieġ jitbiegħed minn kull tniġġiż; il-pajjiż irid jabel għal enerġija nadifa.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li flus il-poplu għandhom imorru għall-innovazzjoni b’ruħ soċjali. Malta hi mgħonija b’riżors tant importanti; dak li nibdew nemmnu fin-nies.

Hi qalet li l-ekonomija għandha timxi lejn is-sostenibbiltà u sostniet li għadu jkun hemm fiduċa fil-poplu. Il-kriżijiet tal-lum huma opportunità; għalhekk għandu jsir investiment fin-nies u fiż-żgħażagħ.

Ħadd m’għandu jkun abbandunat; għandha tintwera fiduċja fin-nies. Irridu nemmnu fin-nies biex in-nies temmen fina. Jeħtieġ istituzzjonijiet li jaħdmu għall-bniedem; fuq quddiem irid ikun il-parlament. Il-kriżi tas-saltna tad-dritt trid tkun trattata bi prijorità biex il-parlament jerġa’ jopera u jirrifletti r-rieda tal-poplu.

Eve Borg Bonello qalet li Mnalta għandha tkun protagonista fit-tibdil fil-klima; Putin hu kriminal tal-gwerra u r-Russja hi involuta fi gwerra illegali. Għalhekk Malta m’għandux ikollha xtaqsam mar-Russja, sostniet Borg Bonello, li appellat biex Malta tiffriża l-assi Russi. Malta trid tagħżel it-tama fuq il-biża’.