Lokali

“Malta tinsab warajk” – Roberta Metsola ċċempel lil Emma Muscat

Telefonata sorpriża għall-Ambaxxatriċi Maltija fil-Eurovision Song Contest, Emma Muscat, li nhar il-Ħamis se tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna fit-tieni semi finali ta’ din il-kompetizzjoni organizzata din is-sena f’Turin. Dan wara li ċemplitilha biex tikkongratulaha u timliha b’kuraġġ, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

“Malta tinsab kollha warajk”, hekk saħqet Roberta Metsola waqt telefonata li għamlet lil Emma Muscat, hekk kif bosta huma fuq ix-xwiek sabiex jaraw lil kantanta Maltija fuq il-palk tal-Palo Olimpico ta’ Turin tkanta l-kanzunetta I am What I am.

Hija rringrazzjat lil Metsola fejn irrigrazzjatha wkoll tas-suċċess u l-ispirazzjoni enormi li twassal lil bosta tfajliet u nisa ta’ kull eta.

Muscat kisbet il-fama tagħha waqt il-programm segwit minn miljuni, Amici di Maria De Filippi.

Il-kantanta se tkun qed tkanta nhar il-Ħamis filgħaxija waqt it-tieni semi finali.