Lokali Qorti

Multa ta’ €1,000 u probation fuq theddid

Raġel ta’ 30 sena residenti Raħal Ġdid ġie mmultat €1,000 u ngħata ordni ta’ probation għal perjodu ta’ sentejn mill-Maġistrat Leonard Caruana wara li ammetta li nhar il-Ħadd li għadda hedded, nsulenta koppja u li wettaq ħsara fuq karozza li hija propjetà ta’ waħda mill-vittma.

Melvin Debono magħruf bħala l-“Quws” ammetta li wettaq inġurji fuq żewġt irġiel u li wettaq ħsara fin-nuċċali ta’ wieħed minnhom li qal kliem oxxen fil-pubbliku u li ħebb ukoll għal wieħed mill-vittmi. Debono ġie mixli b’10 akkużi li jinkludu wkoll li naqas milli jħares diversi kundizzjonijiet mposti mill-Qorti li kienu mposti minn diversi Maġistrati u li sar reċidiv.

Il-Qorti laqgħet wkoll it-talba għal ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-vittmi għall-perjodu ta’ sentejn. Għal “Quws” deheru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone.