Ian Vassallo Hagi,
Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi enfażizza l-prijorità li għandha tingħata għall-kura primarja fil-komunità.
Fil-parlament Ian Vassallo Hagi qal li Malta għandha tkun fuq quddiem biex iż-żgħazagħ jieħdu l-opportunitajiet u ma jkunx passiv quddiem l-opportunitajiet ta’ niċeċ ġodda. Hu tkellem dwar il-work life balance u l-kwalità tal-ħajja u qal li l-ħajja trankwilla tfisser inqas traffiku u organizzazzjoni aħjar fil-bini tat-toroq.
Bħlaissa hemm problema kbar fl-Imġarr kif ukoll it-teħid ta’ art verġni għal proġett ta’ solar farm. Hu sostna li għandu jkun hawn iktar spazji pubbliċi u mhux iktar ġonna jinbidlu f’parkeġġi jew konkos. Dan seħħ ukoll f’Ħaż-Żebbuġ fejn tneħħew siġar maturi u wara tpoġġew oħrajn ġodda.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jsir investiment fil-kunsilli lokali u fil-kultura, fl-għaqdiet, fil-festi, baned u kmamar tan-nar flimken mat-teatru. Dan biex il-ħajja ssir interessanti, sostna Vassallo Hagi, li kompla li l-PN hu impenjat fuq is-saħħa mentali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż għandu joħloq ambjent aħjar fuq il-post tax-xgħol għax minnu jgawdu wkoll il-pazjent. Jeħtieġ li anki l-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet aħjar waqt li l-professjonisti jkunu protetti.
Ian Vassallo Hagi semma’ Steward Health Care u qal li l-PN jibqa’ jinsisti li dawn iwettqu dak li wiegħdu u l-isptarijiet jittieħdu lura mill-gvern għaliex dawn tħallew abbandunati. Jeħtieġ isir investiment qawwi fis-saħħa mentali bi sptar ġdid u bl-aqwa servizzi għall-pazjenti.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex iktar studenti jikkunsidraw li jsiru infermiera għaliex hawn nuqqasijiet kbar anki minħabba diversi riżenji li qed isiru. Hu qal li jrid jaħdem mal-assoċjazzjonijiet f’dan is-settur u kompla li għandu jsir investiment fis-settur tal-kura primarja.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-proposti li l-PN għamel fil-programm elettorali u qal li għandu jkun l-Istat li joffru l-aqwa appoġġ finanzjarju, mediku u anki legali.
//= $special ?>