L-Ispanjol Rafael Nadal għeleb lil John Isner biex għamilha għat-tielet round tal-Open tal-Italja. Nadal żamm ir-rekord li qatt ma tilef żewġ logħbiet infila fuq it-tafal. Ir-rebbieħ ta’ 21 Grand Slam kien megħlub minn Carlos Alcaraz fil-kwarti finali tal-Open ta’ Madrid.
Nadal għeleb lil Isner b’punteġġ ta’ 6-3 6-1 fejn issa se jkun qed jiltaqa’ kontra l-Kanadiż Denis Shapovalov. B’hekk Nadal kompla bil-preparazzjoni għar-Roland Garros li se jkun qed jibda aktar tard f’Mejju, hekk kif se jkun qed jimmira li jirbaħ l-erbatax-il Grand Slam fi Franza.
Intant, aktar kmieni it-tieni seed il-Ġermaniż Alexander Zverev avvanza għar-round li jmiss meta għeleb lil Arġentin Sebastian Baez 7-6 6-3.
//= $special ?>