Lokali

“Robert Abela b’diskors partiġġjan minflok jindirizza l-problemi tal-IVF” – Bernard Grech

“Għal darb’oħra Robert Abela mal-ewwel okkażjoni li kellu reġa’ għażel li flok li jitkellem fuq il-problemi vera li qed jiltaqgħu magħhom koppji li jgħaddu mill-proċess ta’ IVF, għażel li jattakka lili u jigdeb dwari. Għal darb’oħra illejla fil-parlament il-Prim Ministru għamel diskors partiġġjan. Il-Prim Ministru qisu nesa li għaddiet kampanja elettorali.”

Kin dan li qal il-Kap tal-PN, Bernard Grech fi stqarrija wara l-interventi li saru fil-Parlament illejla.

Bernard Grech qal li l-appell tiegħu lil Robert Abela jibqa’ dak biex mil-kliem jgħaddi għall-fatti u ma jibqax jidħaq b’dawk li qed jistennew l-għajnuna. Jekk vera jrid li jaħdem fi spirtu ta’ ħbiberija Robert Abela għandu jwarrab l-għamad politiku, jieqaf jattakka, naħdmu flimkien u naġixxu fl-interess Nazzjonali.