Lokali

Sit ġdid fejn iż-żgħażagħ jistgħu jaqsmu l-ideat tagħhom

L-Erbgħa ġie mnedi sit ġdid minn SOS Malta bl-isem ta’ Citizens Lab, fejn wieħed se jkollu ċ-ċans jesprimi lilu nnifsu tassew, bil-għan li l-Maltin ikunu attivi fis-soċjetà permezz ta’ ideat ġodda.

Dan se jsir permezz ta’ artikli fejn wieħed se jkun jista’ jibda diskussjoni dwar suġġett li ilu jberren fuq moħħu.

Il-Project Officer ta’ dan is-sit, Cristina Abela spjegatilna aħjar l-għan wara dan il-proġett.

Hi spjegatilna x’qed jittamaw li joħroġ minn dan il-proġett.

Barra artikli ta’ kuljum, fuq is-sit se jkun hemm disponibbli assistenza ta’ avukati, u ambjentalisti, fost l-oħrajn, filwaqt li se jkun hemm ukoll mappa ta’ gwida għall-cleanups u attivitajiet ta’ fundraising.

Bħalissa, SOS Malta għaddejja b’kompetizzjoni fejn wieħed hu mħaġġeġ jibgħat ritratti, illustrazzjonijiet, u proża, bit-tema tkun ‘Belonging’… u s-sehem tal-individwu fis-soċjetà.