Sport Sport Ieħor

Suċċess għat-tim Malti tal-Pickleball fil-Kampjonati f’Ruma

It-tim Malti tal-Pickleball ipparteċipa fil-Kampjonati tal-Pickleball li saru f’Ruma fin-New Country Club Frascati bejn is-6 u t-8 ta’ Mejju. It-timijiet Maltin kienu magħmula minn Steffi Pace, Roberta Girard, Maja Glumac fit-Marc Anastasi, Malcolm Falzon u Joseph Borg.

It-tim Malti rnexxielu jġib erba’ midalji tad-deheb fil-kategorija tas-singles permezz ta’ Maja Glumac, żewġ midalji fil-lasies double permezz ta’ Steffi Pace u Roberta Girard u midalja fil-mixed doubles permezz ta’ Malcolm Falzon. Iż-żewġ midalji tal-fidda ntrebħu minn Malcolm Falzon u Joseph Borg biż-żewġ midalji tal-bronż fil-mixed doubles permezz ta’ Mark Anastasi u Maja Glumac.

Dan kien it-tieni tournament li pparteċipaw fih it-tim Malti wara li f’Settembru ipparteċipaw fil-Kampjonati tal-Pickleball fi Spanja.