Coronavirus Lokali Saħħa

100 każ ġdid ta’ Covid-19, jonqsu dawk attivi

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis instabu 100 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 161 persuna oħra, biex hekk in-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 2,515.

Mill-ġdid l-ebda persuna ma mietet bil-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. B’hekk in-numru ta’ vittmi baqa’ ta’ 713.

Tul il-jum tal-Erbgħa, f’kummenti lit-Times, il-Professur Charmaine Gauci qalet illi n-numri ta’ pazjenti fl-isptar għadu wieħed baxx ħafna. Hija spjegat illi effettivament, huma biss nofshom li ġew rikoverati minħabba l-effetti tal-Covid-19.

Infatti bħalissa fl-ITU hemm żewġ persuni li huma pożittivi għall-virus.

Intant il-maskri mhux se jibqgħu obbligatorji fuq l-ajruplani mis-16 ta’ Mejju.