Sitwazzjoni f’Ta’ Qali illi ħolqot allarm aktar kmieni dalgħodu. Dan wara li nstabet bomba ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat.
Mas-sejba tal-bomba, waslu immedjatament fil-post diversi uffiċjali tal-Pulizija u membri tal-Explosive Ordnance Disposal…illi wettqu l-ħidma neċessarja sabiex jassiguraw is-sigurtà taz-zona.
Il-bomba ttellgħat aktar tard waranofsinhar, u tpoġġiet f’kaxxa apposta mill-membri tal-armata.
Mhux magħruf eżatt jekk il-bomba hix Ġermaniża jew Taljana, għalkemm għaddej aktar stharriġ mill-awtoritajiet kompetenti. Din iz-zona ta’ Ta’ Qali kienet waħda mill-aktar zoni f’pajjiżna illi rat ħbit mill-ajru matul it-Tieni Gwerra Dinjija…partikolarment minħabba l-mitjar illi kien hemm fil-viċin.
//= $special ?>