Ewropa Internazzjonali

Il-Finlandja se tidħol membru fin-NATO

Issa uffiċjali – il-Finlandja se tapplika biex formalment tissieħeb fl-Alleanza tan-NATO.

Dan ifisser li l-pajjiż ġar tar-Russja – li huwa wkoll pajjiż newtrali – se jkun qed jingħaqad ma’ din l-Alleanza militari. U skont stqarrija uffiċjali tal-Gvern, is-sħubija fin-NATO għandha sseħħ “mingħajr dewmien”.

Din id-deċizjoni tal-Fillandja ttieħdet fl-isfond tal-invazjoni Russa fuq l-Ukrajna.

Il-Fillandja għandha fruntiera ta’ 1,300 kilometru li jmissu direttament mat-territorju Russu.

Dan il-pass diġà ntlaqa’ b’mod pożittiv minn diversi pajjizi Ewropej, fosthom l-Estonja, bil-Gvern ta’ Tallin iwissi li l-Kremlin ilu xhur jipprepara l-invazjoni tal-pajjiżi Baltiċi.

Intant, fl-aħħar sigħat ħarġet statistika dwar kemm ġew sparati missili u rockets lejn it-territorju Ukren mill-bidu tal-invazjoni fl-24 ta’ Frar. B’kollox, huma madwar 800 il-missili sparati mir-Russi f’din il-gwerra, u li ħafna minnhom spiċċaw laqtu sptarijiet u binjiet fejn jgħixu nies ċivili.