Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: ‘Il-Finlandja mhix se tkun intimidata minn Moska’

L-eks Prim Ministru tal-Finlandja, Alexander Stubb, qal li pajjiżu mhux qed jinkwieta dwar it-theddid ta’ Moska. Fl-istess ħin, Stubb sostna li ‘(il-President Russu) Vladimir Putin hu r-raġuni ewlenija għalfejn il-Finlandja, ‘il quddiem, għandha tikkonferma l-isħubija fin-NATO’.

Alexander Stubb – li mexxa pajjiżu mill-2014 sal-2015 — hu ’99 fil-mija konvint’ li l- Finlandja se tħabbar dalwaqt l-intenzjoni tas-sħubija, bil-proċess jinkludu anki stqarrija partikulari mingħand il-Gvern f’Helsinki flimkien ma’ stqarrija konġunta mingħand il-Finlandiżi u l-Iżvezja.

Stubb kompla li hemm ‘appoġġ qawwi’ fost il-Finlandiżi biex pajjiżhom jidħol fin-NATO – u meta l-aħħar stħarriġ qed juri li 76 fil-mija tal-poplu huma favur dan il-pass bi 12 fil-mija jesprimu ruħhom kontra.