Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: ‘Ir-Russja hi l-akbar theddida għall-komunità internazzjonali’

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, wissiet li r-Russja hi ‘l-aktar theddida diretta’ għall-komunità internazzjonali minħabba ‘il-gwerra barbarika’ li qed tmexxi fl-Ukrajna.

Meta tkellmet, f’Tokjo, waqt laqgħa mal-Prim Ministru Ġappuniż, Fumio Kishida, von der Leyen irreferiet ukoll ‘għall-patt inkwetanti bejn ir-Russja u ċ-Ċina’.

Ursula von der Leyen kienet qed tieħu sehem f’summit organizzat fil-kapitali tal-Ġappun u fejn kien hemm preżenti wkoll il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel.

Sadanittant, Kishida qal li l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi mhix biss kwistjoni għall-Ewropa iżda anki qed theżżeż il-qafas tal-ordni internazzjonali li tinkludi lill-Asja  — ‘b’din is-sitwazzjoni ma tistax tkun ittollerata’.