Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Jilliberaw aktar artijiet madwar Kharkiv

A view of the central square following shelling of the City Hall building in Kharkiv, Ukraine, Tuesday, March 1, 2022. Russia on Tuesday stepped up shelling of Kharkiv, Ukraine's second-largest city, pounding civilian targets there. Casualties mounted and reports emerged that more than 70 Ukrainian soldiers were killed after Russian artillery recently hit a military base in Okhtyrka, a city between Kharkiv and Kyiv, the capital. (AP Photo/Pavel Dorogoy)

It-truppi tal-Ukrajna li qed jiġġieldu f’Kharkiv u l-madwar komplew jitfgħu lura lill-militar tar-Russja mill-inħawi. Jidher, b’hekk, li din iz-zona tista’, ‘il quddiem, tgawdi ftit tas-serħan wara ġimgħat ta’ gwerra – u minkejja li l-Armata tal-Kremlin ma tidhirx li qed ‘tirtira bis-sħiħ’ mill-inħawi.

Il-belt ta’ Kharkiv – li hi t-tieni l-akbar fl-Ukrajna – ilha taħt bumbardament mir-Russi għal 70 jum iżda l-assedju, issa, kapaċi qed jersaq lejn it-tmiem. Dan għaliex it-truppi tal-Kremlin qed jidhru li waqgħu lura lejn inħawi fejn l-artillerija tagħhom mhix qed tkun daqshekk effettiva f’din il-fażi ta’ battalja.

Is-suldati Ukreni, fl-aħħar sigħat, illiberaw il-villaġġ ta’ Pytomnyk, fil-limiti ta’ Kharkiv. Intant, il-qawwiet Russi barra Kharkiv qed jirrinfurzaw il-qawwiet tagħhom b’numru ta’ battaljuni, meta l-art inkwistjoni hi anki importanti għat-trasport tal-affarijiet essenzjali lejn il-militar tal-Kremlin f’zoni oħra tar-reġjun.