Fl-Isle of Man, fl-azzjoni it-tim Nazzjonali Malti tan-Netball f’edizzjoni oħra tal-European Open Challenge. Fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni it-tim Malti jinsab fi Grupp B flimkien mal-Emirati Għarab Magħquda, Repubblika tal-Irland u Israel.
Fl-ewwel partita kontra l-Emirati Għarab Magħquda, it-tim Malti tilef 70 – 34 . Wara li l-ewwel quarter intemm 19 – 10, it-tim Malti baqa’ b’distakk notevoli fit-tieni quarter li ntemmet 36 – 16 . Fit-tielet quarter il-punteġġ tela’ għal 52 – 25 sabiex il-partita eventwalment intemmet 70 – 34
Fit-tieni partita Malta kienet fl-azzjoni kontra r-Repubblika tal-Irlanda fejn it-tim Malti tilef 58 – 21.
L-ewwel quarter kien pjuttost ibbilanċjat fejn l-Irlanda għalqu b’vantaġġ ta’ 13 – 6 liema vantaġġ tela’ għal 24 – 12 fi tmiem it-tieni quarter. Wara l-mistrieħ l-iskor sar 44 – 17 bil-partita tintemm : Repubblika tal-Irlanda 58 Malta 21
L-aħħar partita fil-grupp għat tim Malti hija kontra l-Iżrael.