Lokali

“Jeħtieġ aktar rieda politika u li titneħħa l-burokrazija fil-qasam tal-kostruzzjoni” – MDA

L-iżviluppaturi talbu impenn politiku biex titnaqqas il-burokrazija li qed ittawwal il-proċessi li permezz tagħhom il-konsumaturi qed ikollhom jagħmlu jħallsu għalihom.

Dan intqal tul laqgħa li l-Malta Developers Association (MDA) f’laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela u Ministri oħra, fejn kien sostnut li l-awtoritajiet iridu jifhmu aħjar id-diffikultajiet li qed tiffaċċja l-industrija tal-kostruzzjoni.

Il-President tal-MDA Michael Stivala tenna li ż-żieda ta’ aktar regolamenti mhux qed issolvi l-ebda problema, u qal li jeħtieġ li titneħħa l-burokrazija żejda d’dan il-qasam u li tassew ikun hemm rieda politika biex dawn il-materji inkwistjoni jkunu indirizzati.

Fl-istqarrija ntqal li Stivala esprima wkoll diżappunt dwar kif ċerti żoni qed jibqgħu minsija, speċjalment zoni fil-kampanja.

Huwa lmenta wkoll dwar parkeġġ bl-addoċċ mhux ikkontrollat f’toroq dojoq u qal li wasal iż-żmien li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, anke jekk jidhru drastiċi u mhux popolari, biex tiġi żgurata stabbiltà ekonomika.