Lokali Qorti

Mixli b’ħebb u theddid fil-konfront ta’ uffiċjali tal-Pulizija wara l-partita Valletta vs Santa Lucia

Raġel ta’ 41 sena minn Santa Lucia ġie mixli quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo li nhar it-Tlieta li għaddew wara l-partita mis-semi-finali tal-FA Trophy bejn Valletta u Santa Lucia huwa ħebb, hedded u wettaq reżistenza bi vjolenza fuq tliet uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.

L-Ispeturi Sarah Zerafa u Darryl Farr xlew lil Ramon Mifsud, partitarju ta’ Santa Lucia FC li għall-ħabta tad-9.30pm fl-istadium nazzjonali ta’ Ta’Qali u barra l-istess ground attakka jew għamel reżistenza bi vjolenza fil-konfront ta’ l-istess Spettur Farr u l-kuntistabbli Owen Galea.

Ġie mixli wkoll li hedded lis-Suprtendent Sandro Camilleri u li għamel offiża ħafifa fuq l-Ispettur Farr u l-kuntistatbli Galea u li naqasa li jobdi l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, u dan bl-iskop li jfixkel lill-uffiċjali fil-qadi ta’ dmirijiethom. Mifsud ġie mixli wkoll li uża kliem offensiv, ġab ruħu b’mod abbużiv, kiser il-paċi pubblika u qal kliem oxxen fil-pubbliku.

L-Avukat Michele Cardinale li deher għall-akkużat oppona għall-validità tal-arrest f’dan il-każ fejn qal li l-klijent tiegħu tressaq wara li kważi għaddew it-48 siegħa, u staqsa għaliex dan id-dewmien minn naħa tal-Pulizija. Il-prosekuzzjoni qalet li Ramon Mifsud kien fuq in-naħa tal-aprtitarji ta’ Santa Luċia li tilfu l-partita,

Ramon u taġel ieħor niżlu t-taraġ marru għal fejn il-gate li tagħti għall pitch, u beda jgħid bħal kliem bħal “ħa noqtlolok”. L-Ispettur Zerafa qalet li l-Pulizjna marru biex ineħħuhom minn hemm biex joħorġuhom il-barra. Dak il-ħin waqt din il-kommossjoni, il-pitch kienet qed issir intervista ma’ player tal-Belt,

Hija qalet li kien diffiċli biex taqlagħhom minn mal-gate u f’ħin minnhom kibret il-kommossijoni u partitarji oħra ta’ Santa Luċia, oħra ġew bil-kontra ta’ fejn kienu skjeati l-Pulizija. Wara li l-akkużat u sieħbu nħarġu barra, wara l-bieb tal-istadium, kompla l-kliem kontra ufiċjali tal-Pulizija.

L-Ispettur Zerafa qalet li I-Ispettur Farr u l-kuntistabbli Galea spiċċaw weġġgħu u Mifsud ġie arrestat . Hawn l-Avukat Cardinale re;aħ staqsa għaliex l-arrest tiegġu ħa kważi 48 siegħa. “Dan seħħ fid-9.30pm”. L-Ispettur qalet li ntalbu l-filmati, u riedu jsir l0istqarrijiet.

“Nifhem li hemm il-cameras, stqarrija tal-impurtat, imma dawn huma akkużi li setgħu ma wasslux s’hawn u l-akkużi mhumiex punibbli b’piena ta’ ħabs, Ħallejtu taħt arrest bniedem għal dak il-ħin kollu, meta l-liġi tgħid li f’każijiet bħal dawn għandu jitressaq mal-ewwel ċans, mhux jinżamm karċerat għalx xejn,” qal l-Avukat difensur.

Kompla jgħid li kull ma kien hemm kien li jinġabru l-filmati mill-cameras u li l-akkużi mhimiex tat-tip li jimmertitaw l-arrest u jekk kellu jitressaq kelliu jsir il-bieraħ.  L-investigazzjoni ma kinitx timmerita daqshekk tul ta’ ħin. Il-prosekuzzjoni qalet lill-Qorti li mhux minnu li dawn l-akkużi ma jistgħux iwasslu għal sentenza ta’ ħabs.

Il-Qorti wara li semgħet il-partijiet ikkonvalidat l-arrest ta’ Mifsud.  Wara saret talba mid-difiża għall-pleġġ, li sabet oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni u dan minħabba l-karatturu tal-persuna u dan ukoll minħabba li għamel l-istess affarijiet fil-passat, minkejja l-fatt li dan ilu u nstab ħati fuq dan ir-reat.

L-Avukat difensur qal li huwa jħoss li ma kellux jispiċċa l-Qorti b’arrest, anke jekk huwa kien qed joqgħod għal ordnijiet tal-istess qorti. Tenna li Mifsud huwa persuna Maltija. F’dan il-każ fuq allegat knfront bejn il-Pulizija u l-imputat hemm il-cameras u mhemm l-ebda biża ta’ intraċċ ta’ provi filwaqt li huwa kkopera mal-Pulizija.

Il-prosekuzzjoni talbet lill-Qorti li jekk Mifsud jingħata l-pleġġ għandu ma jitħalliex jersaq lejn grounds sportivi. Wara li Qorti semgħet lill-partijiet jitrattaw laqa’ t-talba għall-pleġġ fuq garanzija personali ta’ 3,000 ewro u li jrid jiffirma darbtejn fil-ġimgħa l-Għassa ta’ Raħal Ġdid bejn it-8.00am u 8.00pm.   Il-Qorti ordnatlu biex ma jattendix kumplessi sportivi. Wara li d-difiża nfurmat lill-Qorti li l-akkużat iwassal lil ibnu għat-training man-nursery, l-Qorti qalet li hija kienet qed tirreferi għall-grounds sportivi fejn jipparteċipaw l-adulti.