Lokali Mużika

Prestazzjoni mill-aqwa minn Emma Muscat

Ftit tal-ħin ilu, Emma Muscat l-ambaxxatriċi Maltija li qed tikkompeti fis-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest tat wirja mill-isbaħ bil-kanżunetta Maltija ‘I am what I am’.

Emma Muscat kantat is-sitt waħda, qalb diversi pajjiżi favoriti li jirbħu l-festival ta’ din is-sena.

Il-poplu Malti u Għawdxi kollu jinsab ħerqan jistenna r-riżultat li mistenni jitħabbar minn hawn u ftit ieħor.