Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Dalgħodu għall-ħabta tas-7:15am, raġel ta’ 57 sena residenti San Ġwann, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Margaret A. Murray, in-Naxxar.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karazza tat-tip Vauxhall misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.