Lokali Qorti

Tinżamm arrestata wara li ġiet mixlija li feriet gravi mara oħra b’daqqiet ta’ sikkina

Mara ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żebbuġ li hija magħrufa sew mal-Pulizija nżammet taħt arrest wara li ġiet mixlija quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo li fl-4 ta’ Mejju li għadda f’Ta’Xbiex tat diversi daqqiet ta’ sikkina lil mara oħra. Charlene Gatt li tliet ġimgħat ilu kienet ammettiet li offendiet Maġistrat permezz ta’ post fuq Facebookwieġebet mhux ħatja li mingħajr ħsieb li toqtol, ikkaġunat lill-vittma feriti gravi.

Fil-Qorti l-prosekuzzjoni qalet li l-vittma għadha rikoverata fl-isptar Mater Dei. Huwa mifhum li l-mara sofriet minn daqqiet ta’ sikkina taħt sidirha u f’daraha. Gatt ġiet mixlija li wettqet dan ir-reat fis-=12.45 am fi Triq Testaferrata ġewwa Ta’Xbiex, kif ukoll li ġarret arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr ma kellha liċenzja.

Ġiet mixlija wkoll li kisret il-paċi pubblika, b’għajjat u ġlied, li ħebbet u nġurjat lill-vittma, li naqset milli tħares il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti mogħtija fi tliet każijiet oħra, li wettqet reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża, li wettqet reat waqt li kienet bil-liberta kundizzjonata u li saret riċediva b’diversi sentenzi mogħtija fil-konfront tagħha.

Id-difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri staqsiet lill-Prosekuzzjoni biex tispjega l-fatti tal-każ. Ħareġ li l-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema kienet nfurmata li seħħ inċident fejn persuna kienet qalgħet daqqiet ta’ sikkina. Irriżulta li l-vttma mxiet tul it-triq u kien hemm ħanut tal-pastizzi fl-inħawi fejn xi hemm xi persuni tawha l-għajnuna. Il-vittma qalet li għarfet lil Zarb bħala l-peruna li tagħta bis-sikkina.

Il-vittma qalet li ma tafx għaliex ġiet aggredita minnha, għax kienu ilhom ma jitkellmużmien. L-Ispettur Colin Sheldon qal li l-akkużata ma kinitx hemm meta l-Pulizija marru fuq il-post. Tenna li wara nħareġ mandat ta’ arrest, u kien hemm problemi biex l-akkużata tinstab..

Qal li Spetturi oħra kienu qegħdin ifittxuha fuq allegati reati oħra. Sar magħruf wara li hija kienet fl-uffiċini tal-probation u wara li ġiet arrestata ġiet mitkellma fejn ma rrispondit għall-ebda domanda li saritilha,, xi ħaġa li kien id-dritt tagħha li tagħmel.

Dwar is-sikkina Sheldon qal li din ma nstabitx u fuq mistoqsija tad-difiża, l-vittma qalet mill-ewwel li kienet identifkat lill-akkużata bħala l-aggressur.. L-Ispettur qal ukoll li kienet qed issir l-oġġezjoni għall-pleġġ minħabba li hemm ammont ta’ akkużi fosthom ksur ta’ ordnijiet mill-Qorti u n-natura tal-inċident.

L-Avukat Debono qal li l-prosekuzzjoni ma semmietx li jridu jixhdu persuni pajżana u lanqas li jista’ jun hemm intraċċ. Tenna wkoll li l-każ seħħ ġimgħa ilu u li kieku kien hemm kontaminazzjoni tal-provi, dan ilu li seħħ. “Hija għadha preżunta nnoċenti u qed nikkwota sentenza li kienet ingħatat fil-konfront ta’ Patrick Spiteri fejn ingħad jekk xi ħadd ma jingħatax il-pleġġ sempliċiment fuq  ksur ta’ bail, dan huwa  ksur tal-kostitizzjoni.

Il-Qorti ċaħdet il-pleġġ lil Zarb minħabba l-biża tal-intraċċ tal-provi. F’Marzu tas-sena l-oħra Il-Qorti tal-Appell Kriminali kienet bidlet sentenza ta’ seba’ xhur ħabs għal waħda ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn fil-konfront tagħha wara li sabitha ħatja li tlajjat għal skop ta’ prostituzzjoni u rriffjutat li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Pulizija. Għall-imputata deheru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri filwaqr li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Colin Sheldon u Clayton Camilleri.