Coronavirus Lokali Saħħa

111-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nstabu 111-il każ ġdid ta’ COVID-19 minn 1,268 swab test illi saru fl-aħħar 24 siegħa.

Skont l-aħħar informazzjoni li kiseb Net News, b’kollox fiequ 182 persuna oħra mill-Coronavirus, biex hekk in-numru ta’ każi attivi naqas b’71, għal 2,444.

Fortunatament, l-ebda persuna ma’ mietet bil-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa. B’hekk in-numru ta’ vittmi f’pajjiżna kaġun tal-pandemija baqa’ ta’ 713.