Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Qormi

Ragel ta’ 76 sena qed isofri minn griehi gravi wara incident f’Hal Qormi.

L-incident sehh ghall-ħabta ta’ 1200 meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’għalqa fi Triq il-Ħofor, f’Ħal Qormi .

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 76 sena residenti Ħal Qormi, sofra xi ġrieħi meta kien qed jipprova jikkontrolla xi ħaxix li kien qed jieħu n-nar.

Fil-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assitew lir-raġel. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga dan il-kaz.