Lokali

Ċkejken ta’ tliet snin jittajjar f’Marsaskala

Għall-ħabta tas-7.15pm ittajjar tifel ta’ tliet snin minn vettura fi Triq il-Qalet, Marsaskala.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku biex jassistu lit-tifel. Iktar tard hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

Fortunatament, it-tifel ta’ nazzjonalità barranija, jidher li ma sofriex minn ġrieħi serji iżda se jinżamm l-Isptar għall-osservazzjoni.

Parti mit-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.