Internazzjonali

Emirates Group jerġgħu jibdew jirkupraw wara d-daqqa li ħadu kawża tal-Covid

Emirates Group qed jirkupraw sew mid-daqqa li ħadu kawża tal-Covid-19 fl-aħħar snin hekk kif ir-rapport annwali tal-2021 u 2022 juri li qed jerġgħu jagħmlu profitt jew naqqsu sew it-telf.

Is-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta’ Marzu 2022 turi li Emirates Group għalqu s-sena b’telf ta’ biljun dollaru meta mqabbla mas-sena l-oħra b’telf ta’ sitt biljun ewro. Huma rreġistraw dħul ta’ 18.1 biljun dollaru, jiġifieri żieda ta’ 86% fuq is-sena l-oħra.