Sport Sport Ieħor

Il-boxer Amir Khan jirtira wara karriera professjonali ta’ 17-il sena

Il-boxer Ingliż Amir Khan irtira mill-boxing wara karriera professjonali ta’ 17-il sena. Khan rebaħ it-titlu tal-Unified Lightweight kif ukoll il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Ateni fl-2004. L-aħħar ġlieda tiegħu kienet it-telfa kontra Kell Brook, li rtira wkoll fl-aħħar ġimgħa. F’post fuq il-media soċjali Khan qal li wasal iż-żmien li jirtira wara karriera ta’ aktar minn 27 sens involut fl-isport tal-boxing. Khan temm il-karriera tiegħu b’34 rebħa u sitt telfiet, wara li beda jikkompeti bħala boxer professjonali fl-2005.