Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ir-Russi qed ikomplu bl-atroċitajiet fost id-disfatti militari

Fl-ahhar sigħat intensifika l-glied fis-subborgi ta’ Kharkiv, it-tieni l-akbar belt tal-Ukrajna, fejn it-truppi tal-Kremlin qed isibuha difficli ferm biex jirribattu l-kontro-offensiva mill-Armata Ukrena fl-inħawi.

Fil-fatt, il-mossa militari tar-Russi biex jikkonċentraw il-qawwiet tagħhom  fid-Donbas, lejn il-lvant tal-Ukrajna, wasslet biex iddghajjef il-front madwar Kharkiv — bir-riżultat li t-truppi Ukreni ħadu nifs ġdid u meta issa rnexxielhom jaħtfu lura l-kontroll ta’ diversi villaġġi importanti.

Sfortunatament, dan qiegħed iġib miegħu wkoll konsegwenzi koroh ħafna, għaliex it-truppi Russi qed ikomplu joqtlu dejjem aktar ċivili innoċenti huma u jirtiraw mill-inħawi li kienu qed jokkupaw ftit taż-żmien ilu…L-aħħar atroċitajiet huma simili hafna ghal dak li kien seħħ jiem ilu f’Bucha, meta r-Russi ħallew għexieren ta’ ċivili mejtin fit-toroq qabel ħarġu minn din il-belt fil-periferija ta’ Kiev.