Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Taħt proċess għal reati tal-gwerra

Tanya Nedashkivs'ka, 57, mourns the death of her husband, killed in Bucha, on the outskirts of Kyiv, Ukraine, Monday, April 4, 2022. (AP Photo/Rodrigo Abd)

Hawn stennija kbira għall-ġuri tal-ewwel suldat Russu li qed jiffaċċca akkuzi serji relatati ma’ reati tal-gwerra.

Dan wara li r-Russu, allegatament, qatel persuna civili fl-Ukrajna — f’dan il-każ raġel li ma kienx armat.

Il-kaz tas-suldat huwa l-ewwel wiehed relatat ma’ reat tal-gwerra minn mindu faqqgħet l-invażjoni tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar.

Is-suldat għandu 21 sena, u kien inqabad priġunier mill-qawwiet Ukreni. Il-proċess tiegħu fil-Qorti huwa parti mill-ħidma li qed issir mill-Gvern ta’ Kiev sabiex min wettaq reati tal-gwerra jiehu l-kundanna li ħaqqu.