Il-Kunsill Lokali Rabat, Citta’ Victoria għadu kif ikkonkluda proġett fil-qalba tal-Belt Għawdxija fejn ġew mibdula l-fanali kollha fil-parti il-qadima tal-Belt Victoria u li kienu saru mill-ewwel Kunsill Lokali fis-snin disgħin.
Inħasset il-ħtieġa li dawn il-fanali kellhom bżonn jinbidlu peress li qdiemu tant li kien ikollhom ħsarat ta’ sikwit u ma kinux għadhom effiċjenti.
Wara sejħa pubblika, u bil-parir tal-esperti, il-Kunsill għażel il-fanali l-aktar addatati għal dawn it-toroq.
Il-Kunsill Lokali rnexxielu jġib fondi mid-Development Planning Fund fi ħdan l-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Il-fond li ġie allokat hu ta’ €194,000 biex setgħu jinbidlu mal-100 fanal li jinsabu fit-toroq taċ-ċentru storiku tar-Rabat u fi Pjazza San Ġorġ.
Il-Kunsill se jibbenefika mill-massimu tal-fondi peress li dan il-proġett sar bil-kunsens tar-Reġjun Għawdex.
//= $special ?>